L-awtoritajiet qed jittamaw illi jneħħu ż-żejt kollu li hemm maħżun ġo vapur fil-Mauritius qabel dan jinqasam. Il-vapur inkalja fuq sikka nhar il-25 ta’ Lulju li għadda u li kawża t’hekk inxtered ammont kbir ta’ żejt mal-kosta.
Il-vapur, li huwa tal-kumpanija Ġappuniża, Nagashiki Shipping, huwa maħsub li kien qed iġorr 4,000 tunnelata ta’ żejt.
Intant, Franza bagħtet ajruplan militari b’apparat għall-kontroll tat-tniġġis filwaqt li l-Ġappun bagħat tim ta’ sitt membri biex jassisti l-forzi Franċiżi.