Tliet stħarriġiet, wieħed fit-Torċa tal-Istatisitku Dr Vincent Marmarà, ieħor fis-Sunday Times u ieħor fil-Maltatoday, ikoll urew fiduċja b’saħħitha fil-Prim Ministru Robert Abela u fil-Partit Laburista.
Dan f’ġimgħa ta’ kampanja elettorali li fiha saru żewġ dibattiti bejn iż-żewġ mexxejja ewlenin.
Skont l-istudju tas-Sunday Times, 57.8% ta’ dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ għandhom fiduċja f’Robert Abela biex imexxi lil Malta.
Dan għal kontra tal-21.2% li għandhom fiduċja fil-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Skont it-Torċa mbagħad kważi 53% tal-votanti għandhom fiduċja f’Abela, 20.7% iżjed fdat minn Grech.
Il-Maltatoday tgħid li kważi 44% jafdaw fil-Mexxej Laburista għal kontra ta’ ftit aktar minn 30% li jafdaw fil-Kap Nazzjonalista.
Meta niġu għall-partiti, l-appoġġ lejn il-Partit Laburista huwa wieħed konsistenti.
It-tliet studji jsemmu li għad hemm sezzjoni tal-poplu li għadha indeċiża jew inkella mhux se tivvota.
Dan apparti li għad hemm bosta li għad iridu jiġbru d-dokument tal-vot.
L-istħarriġ tat-Times u l-Maltatoday saru fost 600 persuna filwaqt ta’ Marmarà fit-Torċa sar ukoll fl-aħħar jiem b’kampjun ta’ 1,800 persuna.