Tul l-aħħar ġimgħa ngħataw total ta’ 1,701 multa b’rabta ma’ ksur ta’ direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Dan hekk kif l-entitajiet responsabbli mill-infurzar komplew jaraw li r-regoli maħsuba biex niġġieldu t-tixtrid tal-Covid-19 qed ikompli bil-ħidma tagħhom fl-infurzar.
Kien hemm 1,446 persuni li kienu mmultati għax ma libsux l-maskra u 180 għax kienu fi gruppi ta’ aktar minn erbgħa.
71 multi kienu marbuta ma’ ksur ta’ regolamenti għall-istabbilimenti, jew organizzazzjoni ta’ avvenimenti mhux permessi bl-avviż legali, inkluż f’residenzi privati.
Saru wkoll 3,091 spezzjoni biex jiġi assigurat li qed jiġi segwit l-obbligu ta’ kwarantina, li minnhom irriżulta li erba’ persuni ma kinux qed isegwu r-regoli.