F’ġimgħa waħda biss, il-linja nazzjonali tal-ajru KM Malta Airlines irċviet ‘il fuq minn 122,000 booking għall-programm tas-sajf 2024 lejn lejn 17-il ajruport fl-Ewropa.
Kien propju nhar it-Tnejn li għadda li l-linja l-ġdida fetħet il-bookings għall-aġenti tal-ivvjaġġar u l-pjattaformi terzi onlajn. Fit-tieni fażi, dik tal-lum, infetħu l-bookings diretti online, permezz tal-websajt u l-pjattaforma uffiċjali ta’ KM Malta Airlines, www.kmmaltairlines.com
Il-programm, li se jkun qed jopera bejn il-31 ta’ Marzu u s-26 ta’ Ottubru 2024, se jara lil-linja nazzjonali ttir lejn 15-il belt prinċipali Ewropea, li huma Amsterdam fl-Olanda, Berlin fil-Ġermanja, Brussell fil-Belġju, Katanja, Ruma u Milan fl-Italja, Dusseldorf u Munich fil-Ġermanja, Londra fl-Ingilterra permezz ta’ Gatwick u Heathrow, Lyon u Pariġi permezz ta’ Charles de Gaulle u Orly fi Franza, Madrid fi Spanja, Praga fir-Repubblika Ċeka, Vjenna fl-Awstrija u Zurich fl-Iżvizzera.