Fl-okkażjoni tal-ġurnata li tfakkar is-saħħa tal-kliewi, il-kumitat tat-Transplant Support Group organizza Fun Walk bil-għan li jkabbru l-għarfien fuq mard tal-kliewi.
Matul din il-ġimgħa, l-istess kumitat ħa l-inizzjattiva li jħeġġeġ lil pubbliku sabiex jirreġistra ruħu bħala donatur tal-organi u f’sebat ijiem irnexxielhom jikkonvinċu ħames mitt persuna.
L-inizjattiva li din is-sena qed tiċċelebra t-8 sena tagħha rnexxielha tikkonvinċi 500 persuna sabiex jirreġistraw biex isiru donaturi tal-organi f’din l-aħħar ġimgħa biss.
James Muscat, il-President tal-Kumitat tat-Transplant Support Group esprima x-xewqa tiegħu li fuq ir-reġistru tad-donaturi tal-organi jkun hemm aktar minn għoxrin elf persuna mniżżla.
Josette Parnis, membru fi ħdan il-kumitat spjegat li bħalissa hemm 300 persuna li qed jagħmlu trattament tal-kliewi filwaqt li hemm 80 persuna minnhom qed jistennew trapjant tal-kliewi.