Fl-ewwel ġimgħa minn meta tħabbar li tneħħa l-ħlas biex wieħed ikun jista’ japplika għal Tallinja Card, kien hemm ‘il fuq minn 10,000 persuna li applikaw.
F’kitba fuq il-midja soċjali, il-Ministru għat-Trasport Chris Bnnett qal kif il-Gvern se jkompli jaħdem sabiex jinċentiva l-użu tat-trasport pubbliku ma’ kulħadd, li wkoll huwa b’xejn.
Sadanittant, kull min m’għandux Tallinja Card, jista’ japplika għal dan id-dokument b’xejn sal-aħħar ta’ Frar.
Tista tapplika hawnhekk: https://www.publictransport.com.mt/register-now