It Tlieta, 22 ta’ Jannar, 1974. Il-kanzunetti You’re Sixteen ta’ Ringo Starr u Tiger Feet ta’ Mud kienu qed jidwu fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku.
F’Malta, eżattament f’Burmarrad, bdiet tidwi il-bikja ħelwa ta’ tifel li 39 sena wara kellu jkun Prim Ministru ta’ Malta. Bniedem ta’ determinazzjoni qawwija imma bniedem li jaf jisma’. Joseph Muscat.
Lil hinn mill-politika, x’mużika jħobb jisma l-Prim Ministru?
Illum għall-ħabta tal-10:00am, ONE Radio isellem lill-Prim Ministru Joseph Muscat f’għeluq sninu b’għaxar diski li skont hu, jogħġbuh ħafna.
Inagħqdu ma’ ONE Radio biex tisimgħu l-għażla tal-Prim Ministru.
U le, mhux kollha rock!