Bejn l-2006 u Awwissu 2016, tressqu l-qorti 2,888 persuna taħt l-etá. Fl-2010, tressqu l-akbar numru ta’ persuni taħt l-etá l-Qorti, b’total ta’ 328.
In-numru ta’ persuni taħt l-etá li tressqu l-Qorti kull sena:
- 2006 – 259
- 2007 – 259
- 2008 – 250
- 2009 – 260
- 2010 – 328
- 2011 – 281
- 2012 – 282
- 2013 – 234
- 2014 – 238
- 2015 – 296
- 2016 (sa Awwissu) – 201
Ir-raġuni għalfejn dawn tressqu l-Qorti kienu varji u jinkludu:
- offiżi ta’ serq
- offiżi relatati ma’ droga
- frodi
- ħsarat volontarji u nvolontarji
- kkaġunaw feriti
- theddid u nsulti
- ksur tar-regolamenti tat-traffiku
- ksur tar-regolamenti dwar liġi tal-armi
- tipjip f’postijiet projbiti
- ħruq
- ksur tal-ordni pubblika
- dagħa u kliem oxxen
- pussess ta-pornografija
- m’obdewx l-ordni min uffiċċjali pubbliċi
- offiżi u/jew vjolenza kontra uffiċċjali pubbliċi
- theddid
- telefonati anonimi
- vjolenza fuq il-pudur
- użu hażin ta’ computer
- offiżi relatati ma prostituzzjoni
Dan qalu l-Ministru Carmelo Abela bi tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari li għamel id-deputat Laburista Silvio Schembri.