Uffiċjali ta’ sptar fit-Tramuntana ta’ Gaza qalu li ħafna nies sfaw maqtula f’attakki mill-ajru Iżraeljan matul il-lejl.
Ħaddiema ta’ salvataġġ f’Gaza qalu li l-operazzjonijiet tat-tfittxija bdew kmieni filgħodu wara li Iżrael ibbumbardja mill-inqas ħames binjiet f’Beit Lahia u l-Belt ta’ Gaza.
Midja li tissimpatizza mal-Hamas qalet li għexieren ta’ nies inqatlu u ħafna oħra għadhom midfuna fit-terrapien li jinkludu wkoll nisa u tfal.
S’issa ma kien hemm l-ebda kumment mill-militar Iżraeljan li dan l-aħħar intensifika l-offensiva tiegħu fit-Tramuntana ta’ Gaza sabiex, skont hu, jimpedixxi lil Hamas milli jingħaqad.
Partijiet mit-Tramuntana ta’ Gaza jinsabu taħt assedju Iżraeljan u aktar kmieni l-Ġnus Magħquda wissiet li prattikament ilha 40 jum ma tiddaħħal l-ebda għajnuna umanitarja.
It-tobba ta’ Gazan qalu li għandhom ħafna diffikultà sabiex idewwu l-midruba għax mhux qed jirċievu l-mediċina u materjal mediku essenzjali.
Il-Ġnus Magħquda saħqu li 75,000 ruħ jinsabu taħt attakk b’nuqqas ta’ provistà tal-ilma u ikel fil-bliet ta’ Beit Lahia, Jabalia u Beit Hanoun.
Fi żviluppi separati, il-medjatur Amerikan Amos Hochstein wasal Iżrael minn Bejrut fejn qal li qed jara opportunità reali sabiex jintemm il-kunflitt fil-Libanu wara li kemm il-Gvern Lebaniż u l-Hezbollah fil-biċċa l-kbira qed jaqblu mal-proposti tal-Istati Uniti għall-waqfien mill-ġlied.