Min biex jixtri, min biex jiekol u min biex jidħol fl-atmosefera tal-Milied.
Dan kien is-sentiment ta’ mijiet ta’ persuni li f’festa pubblika ħonqu t-toroq tal-Belt Valletta.
It-temp ukoll ippermetta, u bosta qattgħu din il-ġurnata jgawdu lill-familja.
L-Erbgħa wara nofshinar ONE News mar fil-kapitali u tkellem ma’ bosta li kienu mexjin fit-toroq ewlenin. Kien hemm min qalilna li ħataf l-opportunità biex jixtri r-rigali tal-Milied.
Bil-bastkijiet f’idejhom, uħud innutaw it-tiżjin u l-atmosfera festiva.
Kien hemm ukoll min semma d-differenza bejn din is-sena u s-sena li għaddiet.
Dan jixhed dak li qalet il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji, li sostniet li l-maġġoranza tan-negozji jemmnu kif l-andament tal-bejgħ ta’ żmien il-Milied se jkun aħjar minn tas-sena l-oħra.
Dan anke qalitu fi sfond ta’ studju li wettqet fost in-negozji, li wera wkoll kif ix-xahar ta’ Novembru kien wieħed pożittiv għall-bejjiegħa tal-ħwienet.