2Minds Events b’kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Fgura, għal darb’oħra ser jerġgħu jtellgħu iċ-Chinese Food Festival. Dan ser ikun nhar is-Sibt, 24 ta’ Settembru fi Vjal Kottoner, il-Fgura mis-6pm ‘l quddiem. Din se tkun it-tieni edizzjoni.
Din is-sena ser ikun hemm kumdità sħiħa għat-tisjir neċessarju kollu. Filfatt it-triq ser tigi magħluqa biex b’hekk jintrama’ stage bil-partecipazzjoni ta’ ħafna skejjel ta’ zfin.
Ser ikun hemm diversi tipi ta’ ikel Ċiniz, preżentat fi platters għal prezz konvenjenti. Se jkun hemm ukoll xogħol tal-artiġjanar Ċiniż u zona għat-tfal. Biex kulħadd ikum moqdi fl-iqsar ħin possibli, se jkun hemm numru ikbar ta’ postijiet fejn wieħed jista’ jħallas.
Id-dħul se jkun bla ħlas.