Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jinforma lill-pubbliku ġenerali li dawk li huma interessati li joffru programm edukattiv permezz ta’ skola/klabb matul ix-xhur tas-sajf għal tfal ta’
bejn it-tlieta u s-16–il sena, iridu japplikaw online sabiex jirreġistraw l-iskola/klabb tas-sajf tagħhom bħala Stabbiliment Edukattiv mad-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni kif
stipulat fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.349.
Ir-reġistrazzjoni tkun valida għall-perjodu bejn l-1 ta’Ġunju u t-30 ta’ Settembru 2019.
Aktar dettalji rigward Il-Formola ta’ Notifikazzjoni (Formola A) u l-Formola ta’ Reġistrazzjoni (Formola B) flimkien mad-dokumenti kollha meħtieġa skont kif indikat f’kull formola jinstabu fuq
is-sit: http://education.gov.mt/en/education/quality-assurance/Pages/Summer-Schools.aspx
Il-Formola ta’ Notifikazzjoni (Formola A) flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa kif indikat fil-formola stess għandom jintbagħtu online sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa, 1 ta’
Mejju 2019.
Formoli ta’ notifikazzjoni li jintbagħtu wara d-data ta’ skadenza ma jiġux aċċettati.