Il-festival se jkun miftuħ għall-windsurfers ta’ kull livell. Il-klassijiet li ser jaraw lil-kompetituri jieħdu sehem fihom huma l-klassi Windsurfer LT (disinn wieħed); Slalom u Beginners – din tal-aħħar tilqa’ parteċipanti b’massimu ta’sentjen esperjenza fil-windsurfing. It-tbaħħir għall-longboard u l-klassi Windsurfing Lt se jsir fuq korsa trijangulari waqt li l-klassi Slalom issir fuq kors ta’ Slalom standard ibbażat fuq is-serje PWA Slalom.
L-iskeda tal-avvenimenti tibda bil-parata tal-windsurf nhar is-Sibt fl-11 ta’ fil-għodu filwaqt li t-tlielaq isiru bejn is-13:00 u s-18:00 ta’ waranofsinhar. Nhar il-Ħadd il-kompetizzjonijiet se jsiru bejn l-12:00 u l-16:00 ta’ waranofshinar. Freestyle runs jikkonkludu l-avveniment immedjetament wara.
Malta Young Sailors ħabbret ukoll li persentaġġ tad-dħul mir-registrazzjonijiet se tkun mogħtija lil organizzazzjoni Zibel – għaqda volontarja u non-governattiva li tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq l-edukazzjoni, għarfien, soluzzjonijiet u riċerka. L-għan ta’ din l-organizzazzjoni huwa li tikkontribwixxi lejn it-tnaqqis tal-iskart kumplessiv iġġenerat f’Malta u biex terġa’ tiġi stabbilita l-ambjenti naturali.
Fid-dawl tar-regolamenti attwali mill-awtoritajiet tas-saħħa, l-organizzaturi se jadottaw numru ta’ protokolli li ser jitħabbru waqt laqgħa li ser issir nhar il-Erbgħa 5 ta’ Awwissu, fis-7 ta’ filgħaxija fir-Royal Malta Yacht Club.