Ħafna ammiraw l-instalazzjoni ta’ umbrellel li hemm f’waħda mit-toroq ewlenin f’Ħaż-Żabbar. Bosta staqsew jekk hux ħa jsir xi ħaġa iktar. MMG Promotions fi ħdan il-Każin Maria Mater Gratiae qed jorganizza festival tal-birra għad-dell ta’ dawn l-umbrellel ġewwa Ħaż-Żabbar. Dan ħa jsir fis 6 ta’ Lulju fis-7pm. F’din l-attivita, wieħed ħa jkollu ċ-ċans li jduq diversi birrer, kemm lokali kif ukoll internazzjonali kif ukoll ħa jkun hemm tipi ta’ ikel differenti.
Għall-aktar informazzjoni wieħed jista’ jsegwi l-event fuq facebook li ttelgħet apposta għal din l-attivita: https://www.facebook.com/events/2280870595507501/