Festivals Malta ħabbret il-35 kanzunetta li għaddew għat-tieni fażi tal-festival Mużika Mużika, li se jsir bejn l-24 u s-26 ta’ Marzu li ġej.
Dan wara li fil-15 t’Ottubru li għadda ngħalqu s-sottomissjonijiet għal dan il-festival.
Dawn il-35 kanzunetta ntgħażlu wara li seba’ membri tal-ġurija ġġudikaw l-applikazzjonijiet kollha li ġew sottomessi.
Festivals Malta spjegat li issa dawn il-kanzunetti ser jiġu esebiti live quddiem seba’ membri tal-ġurija oħra, differenti minn dawk tal-ewwel fażi, biex jingħażlu l-għoxrin semifinalist li ser jikkompetu f’Marzu li ġej.
Il-35 kanzunetta li jgħaddu għall-fażi li jmiss huma dawn (f’ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta):
Aħjar Hekk Inkella Agħar; Artist: Mara
Baraxx; Artisti: Dan u Tikka Banda
Barkiet; Artist: Victorio Gauci obo L-Aħwa
Bla Tarf; Artist: Kurt Calleja
Dak Kien Żmien; Artisti: Lyndsay Pace u Matthew Attard
Emmen; Artist: Carlo Fenech
Eroj; Artist: Darrel Pace
Fejn Hi; Artist: Jahel Cardona
Fittixni; Artist: Victoria Sciberras
Għal Dejjem; Artist: Norbert Bondin
Għal Ħdejja LLejla; Artist: Kurt Cassar
Għaliex Int? (Illum); Artist: Kersten Graham
Ġmielek; Artist: Claudia Faniello
Ħlomt li; Artisti: Bernie & Pod u Fiona Cauchi
Idek f’Idi; Artist: Kelly Marie Cassar Hili
Il-Mużika u Jien; Artist: Nicole Frendo
Inħobbok Wisq; Artist: Cherylis Camilleri
Jien l-Artist; Artist: Cherylis Camilleri
Kenn; Artist: Cheryl Camilleri
Kewkba Feġġejja; Artist: Gaia Cauchi
Kieku Nista’; Artist: Maria Brincat
Kif Nista Ma Nħobbokx; Artist: Ilenia Camilleri
Mewġ; Artisti; Bloodline
Mil-Lenti Tiegħi; Artist: Joseph Refalo
Minn Taħt l-Ilsien; Artisti: Avenue Sky
Ossiġnu; Artisti: Danica Muscat u Kapitlu Tlettax
Purgatorju; Artisti: Oxygyn
Sakemm Hawn Int; Artist: Joseph Refalo
Tagħna t-Tnejn; Artist: Derrick Schembri
Taħt il-Friex; Artist: Kurt Cassar
Tgħidlix Għalfejn; Artist: Kyle George
Tkun ‘L Hawn Għaddi; Artisti: Kantera
Unika; Artist: Kylie Coleiro
Vuċi; Artisti: Cherylis Camilleri u Mikhail Attard
Wennisni; Artist: Franklin Calleja