Festin ta’ qabel it-twelid ta’ tarbija jista’ jwassal lil koppja Amerikana sa għoxrin sena ħabs wara li rriżulta li b’murtal żgħir wassal għal nirien kbar li ħakmu il-Kalifornja tul is-Sajf li għadda.
Dawn in-nirien, magħrufa bħala l-El Dorado Fire wassal għal qerda ambjentali kbira hekk kif huwa stmat li nħarqu madwar tnejn u għoxrin elf tomna t’art inkluż djar privati u diversi siti oħra.
Il-koppja wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. Rapporti fil-midja qed jgħidu li fost l-akkużi hemm dik tal-qtil involontarju ta’ pumpier li kien qed jaħdem biex jikkontrolla dawn in-nirien.