Isumu biex fl-aħħar jiċċelebraw u kif.
Dan huwa l-jum tal-Milied għall-Ortodossi tal-Lvant tal-Ewropa fejn fost l-oħrajn il-komunità Russa f’Malta tiċċelebra din it-tradizzjoni.
Fl-Imtarfa żorna familja li nġabret għall-ikla tal-Milied.
Bħal festi oħrajn, din l-ikla tgħaqqad il-familja iżda f’jum il-Milied Ortodoss.
Mhux kull mejda b’ikel tradizzjonali Russu jkollha l-istess ikel, ġeneralment jiddependi mill-post.
Bla dubju pajjiż enormi bħar-Russja jwassal li jekk post ikun fejn il-baħar, il-mejda tkun tfewwaħ bil-frott tal-baħar filwaqt li postijiet oħra mbiegħda mill-baħar ikollhom mejda li r-riħa tal-laħam taqsmek.
Dwar is-sawm Ortodoss, Elena Duca li stednitha għall-ikel qaltilna kif dan propju jilħaq il-qofol minn lejlet il-jum qaddis għalihom. Hija stqarr ma’ crew ta’ ONE News: “Would fast the day before Christmas, on the 6th, have some sweet rice when the first star appears in the sky, the night mass of course beautiful procession with chior singing Christmas Carols.”
B’nostalġija semmietilna tradizzjonijiet li ilha taf sa minn tfulitha. Hija fissret: “Well since the new year is big in Russia as well, most of people exchange present for the new year, so Christmas would be there for religious presents or presents with meaning: an icon, a cross, a nice religious jewellery with Saint Mary locket, something that can be used in your spiritual growth.”
Elena hija grata għall-Maltin li laqgħu lilha u l-komunità li tiċċelebra bi sħiħ it-tradizzjoni tal-Milied Ortodoss u bħall-aħwa Maltin tat l-awguri f’ċelebrazzjoni ta’ paċi u sliem.
Hija temmet din din l-intervista billi awgurat: “Brothers and sisters, merry Christmas.”