Wara nuqqas ta’ tliet snin, se jittella’ spettaklu fl-ajru b’akrobati li jisfidaw il-gravità bħala parti mill-Airshow Internazzjonali ta’ Malta.
Il-Guardia di Finanza u il-LtCol German Airforce huma tnejn mill-għaxar timijiet li se joffru spettaklu fis-smewwiet matul dawn il-jumejn fl-okkażjoni tas-sitta u għoxrin edizzjoni tal-Airshow.
L-attrazzjoni ewlenija fl-edizzjoni ta’ din is-sena huma r-Red Arrows, li wara seba’ snin, se jirritornaw fis-smewwiet Maltin b’disa’ ajruplani.
Il-Kaptan Marcel Link, li ilu pilota għal sbatax-il sena, spjega ma’ dan l-istazzjon id-diversi esperjenzi li għadda minnhom fil-gwerer tal-Libja u l-Afganistan, fosthom meta salva diversi tfal minn ħalq il-mewt.
Huwa qal, “To save a 4-year-old boy, he was burnt after an explosion. We had to rescue them and take them to the hospital. They finished at 6 in the morning and that was pretty nice.”
Il-Kaptan ta’ wieħed mil-ajruplani tal-Guardia di Finanza, saħaq li t-taħriġ huwa essenzjali qabel wieħed jagħmel manuvri spettakolari bl-ajruplani.
Huwa tenna: “They need to know the helicopter well, and how they use the on-board system, it’s very important when operating especially when operating at sea.”
Massimo Farrugia, is-Segretarju tal-Assoċjazzjoni tal-Avjazzjoni Maltija, spjega li fost il-ħamsa u ħamsin ajruplan u ħelikopter li se jipparteċipaw fis-sitta u għoxrin edizzjoni tal-Airshow hemm il-Forzi Amarti ta’ Malta.
Huwa stqarr: “Kellna rispons tajjeb ħafna mill-pajjiżi, fejn kellna għaxar pajjiżi li qed jieħdu sehem, wieħed minnhom huwa Malta fejn ħa narawhom ukoll ipparkjati fis-setting display u anke l-Qawra.”
Il-pubbliku jista’ jara l-ajruplani mill-viċin il-Ħadd f’Park numru erbgħa tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fi Triq Ħal Farruġ.
Mill-erbgħa ta’ waranofsinhar ’il quddiem, l-attenzjoni ddur fuq il-wirja fis-smewwiet tul il-kosta ta’ San Pawl il-Baħar u l-Qawra.