Miċ-‘Charity Fun Run’ organizzata mill-Iskola Sekondarja tal-Imrieħel fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża, inġabru €3,500.
Il-‘Fun Run’ li din l-iskola hija magħrufa għalija, din is-sena saret f’Mejju.
L-istudenti minn din l-iskola u oħrajn mill-istess kulleġġ ta’ Santa Tereża ġrew biex jgħinu jinġabru fondi għall-għaqdiet mhux governattivi fost l-oħrajn.
Qabel iċ-‘Charity Fun Run’, saru diversi attivitajiet sportivi fl-iskola filwaqt li hekk kif intemmet din il-ġirja ttella’ spettaklu fis-sala tal-iskola.
Fost il-personalitajiet mistiedna kien hemm il-kantanta Amber li ngħaqdet f’appell sħiħ biex il-ġenerazzjoni żagħżugħa tkattar fiha l-prinċipju tas-solidarjetà.
Kemm ilha ssir il-Fun Run, inġabru iktar minn kwart ta’ miljun ewro.
Il-flus miġbura fl-edizzjoni ta’ din is-sena marru b’risq kif ġej:
Fondazzjoni Karl Vella – €1050
Is-sorijiet tal-Ursolini f’Malta – €1050
Il-Fondazzjoni Inspire – €525
Is-Solidarjetà ma’ Thomas Memorial – €350
Malta SPCA – €175
Il-Fond ta’ Benevolenza tal-Iskola – €350