Jinstema’ daqsxejn kontradittorju t-titlu; Festa ta’ ikel waqt HazZzard!
Dan minhabba l-fatt illi l-partecipanti avventuruzi, hekk kif appena jibda l-ġbid tal-avventura, isibu ma’ wiċċhom diversi sfidi u avventuri diffiċli. Ma jsibux il-kumditajiet li wiehed isib id-daru dan għaliex HazZzard mhux vaganza. Ta’ min jgħid ukoll, illi waqt l-avventura, il-parteċipanti jieklu u jixorbu biss mill-ikel limitat li jipprovdilhom HazZzard.
Il-parteċipanti, ma’ jistghux iġorru magħhom l-aktar affarijiet essenzjali bħal; flus, ikel u xorb, ħelu, sigaretti, mowbajl jew affarijiet oħrjna ta’ kumdita’. Infatti, matul l-avventura, il-parteċipanti ma’ jkollom l-ebda aċċess biex jagħmlu kuntatt mal-ġħeżież qraba tagħhom u dan jaghmel l-avventura għalihom ħafna aktar diffiċli.
Allura wiehed jistaqsi, għaliex festa ta’ ikel?
Nistghu niżvelaw diversi sitwazzjonijiet li ser jidhru waqt HazZzard tal-lejla. Il-parteċipanti jinsabu fil-qalba tal-kapitali Sarajevo, il-Bosnija-Herzegovina, fejn qed iħabbtu wiċċhom ma’ diversi sfidi marbuta mal-ikel. Ikel, li mhux bilfors huwa pjaċevoli!
Dawn l-isfidi hemm marbuta magħhom ħafna adrenalina u jirrekjedi li l-parteċipant ikollu ħafna stamina biex ikun jista’ jwassal sal-aħħar. Ix-xemx tisreġ u s-sħana qawwija, tagħmel dawn l-isfidi aktar iebsa. Il-parteċipanti, maqsuma f’ żewġ gruppi u f’ tellieqa kontra l-hin iridu isibu diversi postijiet li jinsabu mifruxa madwar il-Belt ta’ Sarajevo u f’kull post ser isibu sfida marbuta mal-ikel tistenniehom. Dak il-grupp li ser jasal l-ewwel fil-waqfa finali ser jirbaħ din l-isfida. Tġħid il-parteċipanti ser jaġħmlu bħal ġemel? Jaħżnu l-ikel għall-futur?
Fil-programm tal-lejla, apparti l-avventura li l-parteċipanti qed jgħaddu minnha, ser ikun hemm ukoll sorpriża ħelwa għal uħud mill-parteċipanti.
Għalkemm wieħed jistenna li dan il-mument ikun pożittiv, wieħed ma jistax jinsa il-fatt li HazZzard joħloq dawn is-sitwazzjonijiet biex jagħmel l-avventura għall-parteċipanti aktar eċitanti.
Ma jonqsux ukoll l-eliminazzjonijiet. Dan il-mument huwa wieħed mill-aktar sitwazzjonijiet diffiċli għal kull parteċipant. Il-mument tal-giljottina. Min ser jiġi eliminat din il-ġimġħa u min ser isalva?
HazZzard, illejla fid-21:35 fuq ONE.