F’Għawdex ġiet organizzata l-Infiorata; festa ta’ arti bi fjuri, melħ u minerali.
Din is-sena, dan l-avveniment li jittella’ mill-Kunsill Lokali tal-Għarb b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, qed jara għaxar gruppi minn pajjiżi differenti, fosthom Spanja, il-Ġappun, l-Italja, il-Belġju u l-Messiku, li għamlu tapit ta’ fjuri fit-telgħa tal-Katidral fi Pjazza Indipendenza.
It-tema din is-sena hija, ir-Rebbiegħa fl-Ewropa u fil-fatt l-artisti ħolqu xenarji differenti assoċjati ma’ dan.
Is-Sindku tal-Għarb innota kif din it-tip ta’ arti se tiġi rikonoxxuta fuq livell internazzjonali.
“Din hija inizjattiva li qed tittella’ fi żmien sabiex infakkru l-ġimgħa li fiha ġie mħabbar li l-infjorata se tiġi wkoll applikata sabiex titniżżel fl-inventarju tal-UNESCO bħala arti affimera u materjal ieħor.”
Il-pubbliku jista’ jgawdi din l-arti sat-Tnejn l-ewwel ta’ Mejju.