Il-jiem tal-Karnival tradizzjonali huma assoċjati ma’ xalar, bluha u ċ-ċans li nieklu ħafna ħelu qabel jibda s-sagrifiċċju matul ir-Randan Nisrani. Għaldaqstant, il-Kunsill Lokali tal-Kalkara qed jorganiżża FESTA ĦELU f’Sibt il-Karnival.
Din il-festa ser titella’ fil-fetħa ta’ quddiem il-kunsill lokali, fi Triq Luigi Pisani, qrib ħafna tal-Esplora, is-Sibt 26 ta’ Frar mid-9am sas-1pm.
”Il-Kalkara huwa raħal sabiħ. Wara li għamilna b’suċċess ”Trejqet il-Milied” f’Diċembru u ”L-Għodwa taċ-Ċitru” f’Jannar, issa ħsibna li nagħmlu ”Festa Ħelu”. L-idea hija li f’dawn il-jiem xorta jkollna atmosfera tal-Karnival b’attivita’ għall-familja kollha. Qed nieħdu gost bħala kunsill lokali li qed nagħtu lir-raħal xejra pożittiva, b’inizjattivi għar-residenti tagħna, pero’ mhux biss, ħafna persuni minn barra r-raħal qed nieħdu gost li jiġu jżuruna. Tkun idea tajba li f’Sibt il-Karnival, tiġu l-Kalkara u tgawdu magħna f’Festa Ħelu umbgħad tistgħu tibqgħu mal-familja fiċ-ċentru interattiv tal-Esplora li jinsab tant qrib tal-istess attivita”
WAYNE AQUILINA – SINDKU TAL-KALKARA
Prinjolata, perlini, kejkijiet u pasti, kannoli, waffles, ġelati, candyfloss, popcorn, doughnuts u ħafna ħelu u ħlewwiet oħra. Ser ikun hemm trampolin, bouncing-castles u anke karrattri popolari mat-tfal. Żfin, ġugarelli u krafts divertenti. Id-dħul għal din l-attivita’ hija b’xejn u kull min ser jattendi ser jidħol fiċ-ċans li jirbaħ vjaġġi bil-katamaran għal Sqallija mingħand il-Virtu Ferries
Għal aktar informazzjoni, segwi dan il-filmat: