Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna preżenta trofej lis-sidien u dawk li jsuqu ż-żwiemel, waqt l-ewwel edizzjoni tat-Twanny Bugeja Equestrian Festival. Dan sar ilbieraħ fil-korsa tal-Marsa.
Il-festival kien organizzat mill-Malta Racing Club bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Finanzi, permezz tan-National Lotteries Good Causes Fund. Kif jindika isem il-festival, ifakkar ukoll fil-ġurnalist Twanny Bugeja, li ħalla din id-dinja. Bugeja kien kummentatur għal xejn inqas minn 37 sena – kull min isegwi t-tiġrijiet bla dubju sema’ l-leħen entużjasta ta’ Twanny Bugeja.
Apparti li l-Ministru Scicluna preżenta t-trofej lill-ħmistax-il rebbieħ waqt il-festival, ippreżenta wkoll plakka kommemorattiva lis-sinjura Bugeja u l-familja tagħha.
Hawn tista’ ssegwi ftit minuti mill-festival.