Festa Ġenerożità – avveniment ta’ kull l-Ewwel Jum tas-Sena biex jinġabru fondi għad-Dar tal-Providenza li trid mal-€4 MILJUN fis-sena sabiex topera. Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza Patri Martin Micallef kellimna dwar il-bżonnijiet ta’ din id-Dar li tipprovdi għajnuna għal Persuni b’ Diżabilità.
Hu spjega kif kważi għandhom bżonn ftit’ il fuq minn €100 għal kull resident kuljum u allura l-għajnuna tal-poplu Malti f’din l-okażżjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità hija apprezzata. Dan sabiex ikunu jistgħu jibdew is-sena b’ kurraġġ għax-xogħol li jagħmlu.
Tul il-maratona jispikka l-ammont ta’ voluntiera li ddeċidew li jqattgħu Jum l-Ewwel tas-Sena ’l bogħod mill-familji tagħhom. Li kieku ma jkunx għal ammont kbir ta’ voluntiera li jagħtu s-sehem tagħhom din id-dar tkun teħtieġ iżjed finanzi.
Uħud mill-fondi miġbura is-sena l-oħra maru għal żewġ proġetti f’ din id-dar, u lill-pubbliku jista’ jara.
L-avveniment, li beda fid-9:00 ta’ dagħlodu, se jkun qed jintemm f’nofsillejl. Dawk kollha li jixtiequ jagħtu d-donazzjoni tagħhom jistgħu billi jċemplu:
€10: 516 02 012
€15: 517 02 013
€25: 518 02 014
jew jistgħu ukoll jagħtu donazzjoni ta’ €7 b’SMS fuq 506 18 922