Nhar il-Ħadd, 11 ta’ Settembru, il-villaġġ pittoresk ta’ Marsaxlokk se jkun qed jinbidel f’festa ta’ ħut akbar minn kif nafuh ta’ kuljum.Dan hekk kif se tkun qed titella’ attività bl-isem “Mir-Raħal tas-Sajjieda” li matulha se jkun qed jiġi xprunat it-talent Xlukkajr permezz ta’ diversi attivitajiet mifruxa ma’ Xatt is-Sajjieda. Dan permezz ta’ kompetizzjonijiet marbutin mas-sajd, logħob fuq il-baħar kif ukoll tradizzjonijiet oħrajn marbuta mal-wiri tal-ħut.
Din l-attivitá qed tkun organizzata għall-ewwel darba mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk b’kollaborazzjoni ma’ Segretarjat Parlamentari għall-Biedja u Agrikultura u dak tal-Gvern Lokali.
F’konferenza tal-aħbarijiet dwar din l-attivita tkellem is-Sindku ta’ Marsaxlokk, Horis Gauci, li minn naħa tiegħu ddeskriva din l-attività bħala opportunità biex ix-Xlukkajri jippromwovu t-talenti tagħhom mal-poplu Malti.
Tkellmu wkoll is-Segretarji Parlamentari Roderick Galdes u Stefan Bountempo. Dawn tal-aħħar saħqu kif attivitajiet f’dan il-vilaġġ huma ta’ kontribuzzjoni għall-akwakultura u titjib fl-ekonomija lokali.