Raġel Kolombjan ta’ 37 sena residenti s-Swieqi jinsab f’qagħda kritika wara li kien involut f’argument. Il-pulizija kienet mgħarrfa b’dan l-argument fit-tlieta tal-Ġimgħa filgħodu, u li seħħ fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan.
L-argument seħħ f’parapett ta’ stabbiliment bejn il-Kolombjan u żewġ persuni oħra li l-identita’ tagħhom għadha mhix magħrufa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għal kura.