Kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-tlieta u nofs, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq L-Imrejkba, San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 47 sena, residenti l-Mosta u raġel ta’ 44 sena, residenti l-Għargħur, kienu involuti f’argument ma’ xi persuni oħra li minnufih telqu minn fuq il-post.
Waqt l-argument ir-raġel ta’ 47 sena allegatament sofra ġrieħi t’arma taqta’ u bil-ponta u ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzonijiet mill-Għassa tal-Qawra għadhom għaddejjin.