L-għaqda Fertility Europe esprimiet l-appoġġ kollhu tagħha fit-tibdil fil-liġijiet proposti u stqarret li hi tinkoriġġI lil leġislaturi Maltin biex jivvutaw favur din il-bidla.
Fi stqarrija Fertility Europe qalet li dawn huma tibdiliet kbar li se jwasslu biex it-trattamenti jkunu iżjed effettivi u sikuri. Huma esprimew is-sapport kollhu tagħhom u faħħru x-xogħol li qed tagħmel il-Malta Infertility Network fil-ħidma tagħhom lejn trattamenti iżjed effiċjenti u denji.
Huma saħqu li l-membri parlamentari Maltin għandhom iħossuhom kburin li qed jaħdmu favur din il-kawża u stqarru li dan hu pass li jwassal lejn l-aqwa prattiċi mediċi fl-Ewropa. Fertility Europe żiedet tgħid li l-pazjenti tal-infertilità Maltin għandu jkollhom aċċess għal trattament regolat u bbażat fuq mediċina bbażata fuq l-evidenza u mibni fuq is-sigurta tal-pazjenti u mhux il-politika, l-ideoloġiji u r-reliġjon.