22 persuna indarbu wara li Ferrovija TGV ħarġet minn fuq il-binarji fi Franza.
Jidher li l-ferrovija bejn Stasburgu u Pariġi spiċċat ħarġet mill-binarji wara li ċediet parti mill-art li fuqha hemm il-binarji.
Filwaqt li abbord kien hemm 348 passiġġier, jidher li 22 passiġġier sfaw midruba b’wieħed minnhom kellu jittieħed minn fuq il-post permezz ta’ helicopter minħabba l-ġrieħi li sofra.