Minn tal-inqas 288 persuna mietu filwaqt li 900 persuna oħra ndarbu kawża ta’ ħabta bejn diversi ferroviji fl-Indja.
Aktar minn mitejn ambulanza ssejħu fuq il-post sabiex jassistu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa mifhum li waħda mill-ferroviji li kienet qed iġġorr fuqha diversi passiġġieri biddlet ir-rotta tagħha qabel sfortunatament intlaqtet minn ferrovija oħra.
Dan qed jitqies bħala l-agħar inċident bil-ferroviji tas-seklu fl-Indja. Dan filwaqt li uffiċjali qed jistennew li l-ammont ta’ nies li tilfu ħajjithom jikber b’mod konsiderevoli.