Minn ħolma ta’ grupp żgħir ta’ persuni fil-Finlandja lura fl-2005, għal realtà ta’ bank li 13-il sena wara jinsab f’25 pajjiż u jimpjega madwar 1,000 persuna.
Tliet mija minnhom jaħdmu f’Malta, u minn dan ix-xahar qed iqattgħu l-jum tax-xogħol tagħhom f’uffiċini ġodda u aktar komdi f’ambjent modern u veduti spettakolari fl-isfond.
Fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, il-Kap Eżekuttiv tal-bank Ferratum Jorma Jokela inawgura l-uffiċini l-ġodda fil-Gżira.Fl-aħħar snin, il-bank Ferratum kien jopera fl-oqsma tal-konsumatur, tan-negozju u tal-mobile banking, iżda issa bbaża l-operat tiegħu fil-qasam tal-Fintech u qed joffri servizzi fil-qasam finanzjarju fuq livell internazzjonali.
Is-Sur Jokela qasam ma’ ONE News is-sigriet, fil-fehma tiegħu, għas-suċċess. Li jkollok nies kapaċi u dedikati f’xogħolhom, persuni li jappoġġjaw l-ideat u l-viżjoni, u Gvern li jifhem l-iżviluppi li jsiru u jappoġġjahom. Tliet affarijiet li sab f’Malta u kellu dan xi jgħid dwar l-għajnuna li sab mill-Gvern Malti.
“They have been really strongly supporting the whole banking industring especially the Fintech industry where you have to use the new technology to make a different service for the customer cheaper and faster available, and I think the Maltese Government is forward running the whole of Europe.”
Il-Kap Eżekuttiv qal li jiltaqa’ u jiddiskuti ma’ rappreżentati tal-Gvern fil-pajjiżi kollha li jopera l-bank Ferratum, iżda jemmen li huwa Malta l-pajjiż li se jmexxi pajjiżi oħra fis-settur.
“We see this very close in the 25 different countries and I have to say that what Malta is doing, in the next few years, many other countries will be following it.”
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta qed tkompli tkun minn ta’ quddiem biex tagħraf il-potenzjal tal-innovazzjoni fl-oqsma ekonomiċi ġodda fis-servizzi finanzjarji.
Dan filwaqt li tara li tiġbed investiment u tisfrutta talenti ġodda f’kull settur. Xi ħaġa li jinnutawha l-investituri; bil-Kap Eżekuttiv tal-bank Ferratum jaqsam il-pjani li għandu għal Malta għaż-żmien li ġej.
“We see that we will recruit a lot of more new people in the following years especially from the IT, technology, customer service, legal and risk management sectors that are growing really strongly in Malta.”