L-attakant ta’ Atletico Madrid, Fernando Torres, ħareġ mill-isptar wara li sarulu numru ta’ testijiet hekk kif il-ħamis huwa sofra minn korriment trawmatiku f’moħħu. Atletico spjegaw li l-plejer ma sofriex minn ġrieħi gravi u li se jkun lura fil-grawnd fi ftit żmien hekk huwa ġie preskritt biss 48 siegħa ta’ mistrieħ.
Torres, sofra minn din id-daqqa wara azzjoni fil-partita kontra Deportivo la Coruna, fejn il-plejer tat-tim Deportivo la Coruna għamel qabża biex jilħaq il-ballun, f’dan il-mument huwa weġġa’ lil Torres f’rashu. Fil-grawnd kien hemm komossjoni kbira fil-mument li huwa waqa’ fl-art.
Fuq twitter, huwa rringrazzja lil kulħadd tas-sapport tagħhom u spjega li fortunatament huwa mistenni jirritorna fil-grawnd fi ftit żmien u li m’għandux affarijiet serji. Il-partita spiċċat fi skor ta’ 1-1.