Il-Pulizija qed iżżomm raġel barrani ta’ 33 sena residenti Tas-Sliema sabiex jgħinha fl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta mad-delitt li seħħ f’San Ġiljan.
Il-mara ta’ 41 sena li lbieraħ kienet vittma ta’ omiċidju kellha feriti f’għonqa deskritti minn persuni qrib l-investigazzjoni bħala tħanxir filwaqt li kellha wkoll feriti f’żaqqha.
Il-mara nstabet mejta f’San Ġiljan għall-ħabta tal-ħamsa tal-bieraħ waranofsinhar.
Id-dettalji li għandu one.com.mt ikomplu jikkonfermaw kemm il-qtil kien wieħed makabru bix-xena tad-delitt tkun deskritta bħala waħda makabra. Fl-aħħar sigħat kienet qed issir l-awtopsja li mistennija tkompli titfa’ iktar dawl fuq l-istħarriġ li qed isir.
Stħarriġ li jinkludi wkoll inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera.