Xeni ta’ ferħ u anke diżappunt dehru madwar l-Istati Uniti hekk kif ħarġet l-aħbar tar-rebħa proġettata għal Joe Biden.
Ċelebrazzjonijiet spontanji saru f’diversi bliet kbar fosthom f’Los Angeles u New York matul il-jum tas-Sibt.
Madankollu, is-sentiment fost il-partitarji ta’ Donald Trump kien wieħed oskur tant li bdew jirrifjutaw li jaċċettaw ir-rebħa ta’ Biden. Ħafna bdew jirrepetu l-allegazzjonijiet li għamel Trump, dwar frodi f’din l-elezzjoni.