Il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech, qed tinsisti li dak li seta’ sar fi żmien gvernijiet nazzjonalisti ma kien xejn għajr dnub tal-abbatini. Fuq il-programm Reporter, Anne Fenech irrepetiet din id-dikjarazzjoni anke jekk fl-aħħar amministrazzjonijiet nazzjonalisti saru żbalji kbar bħal €500 żieda fil-ġimgħa bil-moħbi għall-membri tal-Kabinett, faqqa l-iskandlu taż-żejt u żdiedu b’mod rekord it-tariffi tal-enerġija. Dan fost diversi miżuri li għalkemm il-PN kien ikkastigat għalihom Ann Fenech tinsisti li ma kellux għalfejn.
https://www.youtube.com/watch?v=SNtnj2ah4_0