Id-Deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami u Chris Said ħalfu għall-eks Ministru Nazzjonalista Jason Azzopardi li ma daħħal xejn fil-but mill-esproprju tal-art tal-Mare d’oro, fiż-żona magħrufa bħala Il-fekruna, f’San Pawl il-Baħar.
Il-kuntratt tal-esprorju ġie ffirmat lejlet l-elezzjoni ta’ Marzu 2013 bl-awtorizzazzjoni ta’ Azzopardi. Dan minkejja li nġibditlu l-attenzjoni mid-diviżjoni tal-proprjetà tal-Gvern.
Fenech Adami u Said ħalfu ghal Azzopardi meta l-kumitat tal-kontijiet pubblici beda jagħrbel l-invesitazzjoni li għamel l-Awidtur dwar l-art fil-Fekruna.
Apparti Fenech Adami u Said, fil-kumitat kien hemm prezenti d-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono li baqgħet b’fommha mitbuq u ma ħalfitx għalih. Waqt il-laqgħa tal-kumitat tal-kontijiet pubbliċi, xehed ukoll l-Awditur Ġenerali.
Fir-rapport tal-Awditur Ġenerali li ġie ppublikat f’Lulju tas-sena l-oħra ingħad li sit li jiswa żewġ miljuni u erba’ mitt elf ewro, nbigħ għal ħames mija ħamsa u għoxrin elf ewro.
Din hi waħda mill-aktar konklużjonijiet li jispikkaw f’wieħed minn żewġ rapporti ta’ kundanna li ppubblika l-Awditur Ġenerali.
Id-deputat Nazzjonalista Chris Said li dejjem kien ta’ spalla għal Jason Azzopardi, prova jaqbeż għal Azzopardi u qal li l-Awditur Generali kellu żball fl-investigazzjoni tiegħu.
Anke dwar in-nuqqas ta’ qbil fuq il-valur ma kienx hemm dokumentazzjoni u iktar minn hekk l-Awditur Ġenerali esprima dubji dwar il-proċess tal-arbitraġġ li nħatar f’dan il-każ li wassal biex jitnaqqas il-prezz.
Dwar it-trasferiment tal-art fi Triq Spinola San Ġiljan li l-Gvern daħħal miżerja ta’ 35 ewro, l-awditur sab diversi nuqqasijiet li żvantaġġjaw lill-Gern fil-kuntratt li sar fl-2012 fi żmien meta Jason Azzopardi kien il-ministru responsabbli.