Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Partit Beppe Fenech Adami kien imsejjaħ biex jagħti x-xhieda tiegħu fl-inkjesta mwaqqfa mill-Prim Ministru biex jiġi mistħarreġ il-każ fejn investigazzjoni kbira dwar ħasil ta’ flus twaqqfet qabel l-elezzjoni tal-2013.
Kienet il-gazzetta Maltatoday li f’Ottubru li għadda żvelat li din l-investigazzjoni twaqqfet wara li tfaċċa isem Beppe Fenech Adami, dak iż-żmien Assistant Parlamentari fl-uffiċċju tal-Prim Ministru, responsabbli mill-Intern.
F’dikjarazzjoni ppubblikata Fenech Adami ammetta li kien direttur ta’ Baltimore Fiduciary li kienet taġixxi għal Capital One. Iżda, imbagħad, l-eks Direttur ta’ Baltimore qal li ma kien jaf xejn.