Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, ma riedx jgħid jekk jafx lil dik li qed tissejjaħ whistleblower li marret titkellem quddiem il-Maġistrat li qed imexxi inkjesta dwar l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-Prim Ministru. Ma kienx komdu lanqas meta mistoqsi jekk hu u Simon Busuttil humiex lesti jorbtu l-karriera politika tagħhom mad-dikjarazzjonijiet ta’ din il-whistleblower. Tant li mistoqsi darba tnejn ma weġibx u telaq l’hemm.
Intant, f’konferenza tal-aħbarijiet mimlija attakki u tgħajjir Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi attakkaw lill-Prim Ministru għaliex ilbieraħ qal li ħa gost li kien hemm ‘whistleblower’ li marret quddiem il-Maġistrat. Għax hekk se tkompli toħroġ il-verità kollha.