Beppe Fenech Adami, illum Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, qed jikkunsidra li jikkontesta r-rwol ta’ Deputat Kap għall-Affarijiet tal-Parlament.
Dan qalitu l-MaltaToday, li rrimarkat kif għalkemm Fenech Adami kien fit-tmexxija tal-Partit li ra żewġ telfiet konsekuttivi b’aktar minn 35,000 vot kull darba, xorta mhux qed jaqta’ qalbu.
Flimkien mal-Kap Simon Busuttil, mas-Segretarju Ġenerali Rosette Thake, il-Viċi Kap Mario De Marco u l-President tal-Eżekuttiv Ann Fenech, Beppe Fenech Adami kien qal li se jirriżenja mill-kariga ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista; sigħat wara t-telfa umiljanti tal-elezzjoni tat-tlieta ta’ Ġunju.
Meta kkuntattjat mill-MaltaToday, Fenech Adami ma ċaħadx l-interess li jikkontesta għar-rwol ta’ Deputat Kap għall-Affarijiet tal-Parlament, u insista li “fil-politika, wieħed qatt ma jista’ jeskludi xejn.”