Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, iddefenda d-deċiżjoni tal-Kap Nazzjonalista li jerġa’ jaħtar lil Samuel Azzopardi Sindku tar-Rabat, Għawdex, wara li nstab ħati li saq xurban.
F’konferenza tal-aħbarijiet fejn tkellem dwar kontabbiltà u standards iddefenda wkoll lid-deputati Toni Bezzina, Jason Azzopardi u Chris Said anke jekk l-għemil tagħhom kien ikkundannat mill-qorti u l-Awditur Ġenerali. Fil-każ ta’ Bezzina kien ikkonfermat li bagħat ħaddiema jagħmlu xogħol f’każin Nazzjonalista u wara kienu sfurzati jieħdu ġurament falz. Filwaqt li Azzopardi u Said kienu kkundannati mill-Awditur Ġenerali għaliex indaħlu fejn ma kienx meħtieġ.
Għall-mistoqsijiet ta’ ONE NEWS, Fenech Adami prova jaħrab iżda meta ma rnexxilux jagħmel dan kellu biss kliem ta’ appoġġ għal sħabu fil-Partit Nazzjonalista.
https://www.youtube.com/watch?v=m9n83oJTQHg