Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami mera l-filmati mill-midja Awstrijaka li kixfu kif il-President tal-Parlament Ewropew u l-Ewropalamentari Nazzjonalista Roberta Metsola injorat għal kollox studenti li pprotestaw kontra l-pożizzjoni tagħha fuq il-gwerra f’Gaza u spiċċaw iċċensurati u tkeċċew ’il barra wara li ssejħu l-pulizija.
ĠURNALIST: Tikkundanah l-aġir ta’ Roberta Metsola li injorat studenti li ġew iċċensurati u tkeċċew ’il barra fl-Awstrija?
REKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLIBEPPE FENECH ADAMI: Ma jiriżultaliex dak li qiegħed qed tgħid.
Il-midja internazzjonali uriet kif Roberta Mestola iffaċjat il-korla ta’ studenti waqt taħdita fil-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta’ Vjenna.
Rapporti internazzjonali wrew studenti jgħaddu messaġġi favur il-ħelsien tal-Palestina, fejn irrimarkaw kif Metsola għandha d-demm tal-innoċenti fuq idejha.
Madankollu, irriżulta li mistoqsijiet lil Metsola li kellhom jiddaħħlu minn qabel, ġew iċċensurati mill-moderaturi tal-laqgħa, fir-rigward tal-kunflitt imdemmi fil-Lvan Nofsani, li ħalla eluf ta’ nies mejta, bil-maġġoranza tfal u nisa.
Riżultat ta’ hekk, l-istudenti biddlu l-attività f’dimostrazzjoni kontra l-ewroparlamentari Nazzjonalista u l-pożizzjoni tagħha favur l-Iżrael, fejn saħansitra qamu jipprotestaw u jferrxu fuljetti dwar il-ġenoċidju li qiegħed iseħħ fl-istrixxa ta’ Gaza.
Quddiem din ir-rabja tal-istudenti, Metsola lanqas biss ireaġixxiet fejn baqgħet biss tħares lejn l-istudenti li nħarġu ‘l barra mis-sala, waqt li ssejħu anke l-pulizija u suldati fuq il-post.
Din mhix l-ewwel kundanna li Roberta Metsola iffaċjat, hekk kif madwar l-Ewropa kollha, inkluż barra l-Parlament Ewropew, hija ġiet akkużata li hija responsabbli għall-massakru f’Gaza.
Kundanni li seħħu anke f’pajjiżna, fejn fi żjara Roberta Metsola għamlet fl-MCAST f’Raħal Ġdid, hija ntlaqgħet minn grupp ta’ studenti li akkużawha li hi responsabbli għall-ġenoċidju mwettaq fuq il-Palestinjani f’Gaza.
Dakinhar Metsola spiċċat ħarbet mill-istudenti u l-ġurnalisti billi ħarġet mill-garaxx taħt l-art tal-istess kulleġġ.