Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, ma jridx jitkellem dwar il-kompromess li kien imwiegħed Żaren Vassallo b’rabta mad-deal tal-Lowenbrau. Dan minkejja li hu Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista u b’rabta ma’ dan il-kompromess spiċċaw iwaħħlu f’xulxin żewġ deputati mill-istess grupp parlamentari tiegħu.
Dan wara li Jason Azzopardi qal li mhux hu kien il-Ministru u Tonio Fenech qal li responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet kien hemm Jason Azzopardi, u li kieku mar ikellmu kien jibagħtu għandu.