Il-ftuħ ta’ Valletta elfejn u tmintax li għalih attendew għexieren ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin u li qala’ tifħir f’pajjiżna u lil’hinn, kien deskritt bħala prijorita’ ħażina mid-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.
Fuq Radio 101 fetaħ attakk kontra l-organizazzjoni ta’ dan l-avveniment li fl-aħħar ġimgħat il-Partit Nazzjonalista tgħidx kemm ftaħar li kien idea ta’ Lawrence Gonzi u Mario De Marco.
Fenech Adami qal “Jibdew jistaqsu mistoqsijet bħal per eżempju jekk iva kienx the right priority li nonfqu dawk il-mijiet ta’ eluf jekk mhux miljuni f’nofs ta’ nhar wieħed fil-Belt Valletta.”
Fil-fatt, l-intervent ta’ Fenech Adami fuq ir-radju kien mimli inkonsistenzi.
Filwaqt li primarjament attakka l-organizzazzjoni, imbagħad ried ukoll il-mertu għall-Partit Nazzjonalista ta’ dak li seħħ. Għax għalih dak li ġara s-Sibt kien l-iktar ħaġa faċli. Fost oħrajn Fenech Adami għandu problema bl-ispejjeż tal-attività.
Qal kif “Naturalment issa ntefa’ d-dawl taċ-ċerimonji kbar li saru. Ċerimonji kbar fejn rajna talent Malti u li mhux Malti u li faċilment seta’ sar minn Maltin issa li ntfew id-dwal jibdew jistaqsu n-nies … Mistoqsijiet ta’ kemm qamet l-attivita.”
Lill-artisti li ħadu sehem Beppe Fenech Adami ried jgħalimom ukoll fuq il-kreattivita.
Qal “Il-Belt kulturali ewropea tistenna li waħda mill-karateristiċi li għandu jkollha hija l-orġinalita li nkunu kreattivi. Għandhom ikunu ħaġa waħda fl-ebda mument ma kien spjehgat lilu.”
Fuq kollox Fenech Adami spiċċa kif beda. Jgħid li din kienet kwistjoni ta’ prijoritajiet ħżiena u ġimgħat wara li l-għalliema ngħataw żidiet bla preċedent qal li l-gvern ma sabx flus għall-għalliema.
Skont hu l-gvern li żied il-pensjonijiet, l-istipendji u l-paga minima jinvesti biss fil-banda.
“Dan huwa gvern li għandu prijortitajiet ħżieda. Ma jinvestix il-miljuni fl-anzjani u s-saħħa. Ma jinvesti il-miljuni fl-iskejjel, l-istudenti u l-għalliema. Dan hu gvern li jinvesti fil-festi jgħamillek ħafna dawl jixgħel u musketerija, jgħamillek il-ħafna banda u ħafna kunċerti.”