Wara li l-Partit Nazzjonalista jew kif qed isejjaħ lilu nnifsu, l-Forza Nazzjonali, fetaħ attakk fuq l-artist Felix Busuttil, dalgħodu fuq One News Breakfast Felix preżenta l-kuntratt tax-xogħol tiegħu li juri li l-Partit Nazzjonalista gideb fuqu.
L-attakk beda wara li ż-żeffien u għalliem taż-żfin, Felix Busuttil tkellem waqt il-Mass Meeting tal-Partit Laburista fin-Naxxar. Il-Partit Nazzjonalista ffabbrika “gidba” u qal li Felix tkellem waqt il-mass meeting għax jirċievi paga ta’ aktar minn €50,000 għax jaħdem fil-Kunsill Malti għall-Arti u jifforma parti mill-bord taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi.
B’reazzjoni għal dan l-attakk, Felix Busuttil stqarr li weġġa’ li dan il-Partit mhux biss ifabbrika gidba dwaru iżda saħansitra ħeġġeġ lin-nies ixxerdu dan l-attakk.
Iżda Felix ġab fix-xejn il-gideb tal-Partit Nazzjonalista u waqt One News Breakfast spjega bil-provi kif l-attakk tal-PN kien ibbażat fuq gidba.
Bil-provi ċaħad għal kollox l-allegazzjoni li rċieva dik il-paga kollha, kif tista’ tara f’din is-silta.