Fekruna li tiżen 190kg nstabet mejta fil-Qala, Għawdex ilbieraħ.
Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, Nature Trust Malta ddeskriviet l-ispeċi tal-fekruna bħala l-ikbar u l-iktar vulnerabbli madwar id-dinja. Qalu ukoll li huwa rari li din l-ispeċi tinstab fil-Mediterran.
Jidher li l-fekruna mietet għaliex kielet xi plastik li affettwa ħażin s-sistema diġestiva tagħha. Il-fekruna nstabet ukoll magħquda f’nett, bil-kawża li ndarbulha l-muskoli.
Nature Trust fakkar ukoll kif l-aħħar darba li fekruna ta’ din l-ispeċi nstabet mejta bil-Gżejjer Maltin kien f’Lulju tal-2015, ukoll kawża ta’ plastik fis-sistema diġestiva.