It-tim tas-salvataġġ tal-Forzi Armati ta’ Malta kienu imħabbtin sew fi tmiem il-ġimgħa. Dan minħabba l-maltemp qawwi li ħakem lill-gżejjer Maltin. Dawn in-nies mhux biss huma eroj għaliex isalvaw bosta li jitolbuhom l-għajnuna, iżda wkoll għaliex salvaw fekruna li kienet f’diffikultà.
Fekruna li kienet tinsab fil-Port ta’ Marsamxett ngħatat l-għajnuna minħabba li kienet mdawwra b’atrezzi tas-sajd f’nofs il-Port.
Din il-fekruna tat-tip loggerhead issemmiet Janis, wara t-tifel ta’ wieħed mill-uffiċjali tas-salvataġġ.
Il-fekruna ttieħdet minnufih għand il-veterinarju minħabba li kienet ilha maqbuda fl-atrezzi tas-sajd.
Minħabba li l-baħar kien imqalleb mhux ħażin, il-proċess tas-salvataġġ ħa iktar fit-tul però l-Forzi Armati rnexxielhom isalvawha wkoll!
Dan is-salvataġġ sar minkejja li l-Armata għandha nuqqas ta’ voluntiera kawża tal-maltemp.