Għall-ħabta tad-9 ta’ filgħaxija fil-ġurnata tat-Tnejn, fekruna tat-tip loggerhead biedet il-bajd tagħha fil-bajja tal-Għadira biswit bejta oħra.
Din hija r-raba’ fekruna li biedet il-bajd tagħha fuq xtajta Maltin din is-sena.
Din il-fekruna ntlemħet minn membri tal-pubbliku li dlonk infurmaw lill-awtoritajiet.
Voluntiera tan-Nature Trust flimkien mal-uffiċjali fi ħdan l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi marru fuq il-post biex jipproteġu lill-fekruna waqt li kienet qed tbid il-bejta tagħha.
Iż-żona fejn hemm il-bejta tinsab protetta bit-tama li ma ssirx ħsara lill-bajd.