L-aspettattivi pożittivi għal pajjiżna u t-tkabbir b’saħħtu tal-ekonomija Maltija fisser li pajjiżna kompla jattira aktar negozji biex jiftħu u jimirħu fostna. Iżda mhux biss.
Dan wassal għal domanda aktar qawwija ta’ persuni li jaħdmu ma’ dawn il-kumpaniji, fosthom accountants professjonisti.
Minkejja li d-domanda għax-xogħol fl-accounts f’Malta żdiedet, meta wieħed jara kemm qed joħorġu studenti gradwati f’din il-professjoni, jara li hemm diskrepanza kbira.
Proprju dwar dan tkellimna ma’ Dr Ivan Grixti, membru tal-Istaff Akkademiku fil-Faklutà tal-Accounting, li esprima tħassib dwar il-fatt li mhumiex jiggradwaw accountants biżżejjed, bil-konsegwenza li illhom jiġu impjegati accountants barranin.
“Hemm bosta raġunijiet, partikolarment demografika. Il-fatt li naqas it-twelid, imma anke l-fatt li hemm pluraliżmu fl-edukazzjoni. Jiġifieri opportunitajiet li jeżistu għaż-żagħżagħ Maltin illum iffjorixxew ħafna. Pereżempju l-opportunitajiet li jeżistu fl-informatika.”
Dr. Ivan Grixti, staff akkademiku, Fakulta tal-Accounting
Dr Grixti spjega li l-professjoni ta’ accountant titqies bħala kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.
Waqt li anke ta s-suġġerimenti kif din l-isfida, li hi waħda internazzjonali, tista’ tiġi solvuta, hu spjega li l-professjoni ta’ accountant mhijiex biss numri, iżda hi wkoll xjenza li qed narawha tevolvi, tiżviluppa u toffri ħafna opportunitajiet.
“L-avvanzi li saru fejn tidħol it-teknoloġija artifiċjali, din qed tgħin ħafna biex ċertu proċessi tas-soltu tagħmilhom. Xorta jibqa’ l-fatt li ċerti mħuħ biex jissorveljaw dak li jkun għaddej. Fil-kuntest lokali, għax din mhijiex problema biss, aħna qed nimportaw.”
Dr. Ivan Grixti, staff akkademiku, Fakulta tal-Accounting
Dr Grixti qal dan, ftit tal-jiem wara li wieħed u erbgħin student, li preżentatament qegħdin isegwu l-aħħar sena tagħhom fil-Masters tal-Accounts tellgħu l-konferenza annwali tagħhom.
Konferenza, li fiha ppreżentaw ir-riċerka tagħhom lil studenti kollegi, lekċerers u bosta entitajiet fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.
“Sfortunatament, dak il-grupp qegħdin wieħed u erbgħin. Jien niftakar żminijiet fejn mitt accountant qed jiggradwa kull sena. Dan l-aħħar ħdax-il sena, ħass il-bżonn li noħolqu din l-attività li jaħdmu fuq materja partikolari, ikollhom l-opportunità jippreżentaw li jkunu fittxew”.
Dr. Ivan Grixti, staff akkademiku, Fakulta tal-Accounting
Għal din il-konferenza attenda wkoll il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri, fost oħrajn.