Xahrejn ‘il bogħod mill-Olimpjadi, l-istat Brażiljan Rio de Janiero ddikjara emerġenza finanzjarja.
Il-Gvernatur proviżorju qal li l-kriżi ekonomika qed thedded li twaqqaf lill-istat milli tonora l-impenji tagħha għall-logħob.
Ħafna mill-fondi pubbliċi għall-Olimpjadi ġew mill-gvern ta’ Rio, iżda l-istat huwa responsabbli għal numru ta’ setturi, bħat-trasport u l-pulizija.
Il-President proviżorju wiegħed għajnuna finanzjarja sinifikanti.
Il-Gvernatur qal li l-kriżi hija riżultat ta’ deskripanzi fit-taxxi, speċjalment fl-industrija taż-żejt, filwaqt li l-Brażil inġenerali qed taffaċja riċessjoni.
Tgħid ser inkunu qed naraw l-olimpjadi f’pajjiż ieħor?