Il-Maġistrat tal-Qorti Suprema mistenni jieħu deċiżjoni dwar fejn se jkun qed iqatta’ l-aħħar jiem ta’ ħajtu , Charlie Gard, tifel li hu marid terminali. Dan wara li l-ġenituri tat-tfajjel ċkejken u s-sidien tal-isptar fejn kien qed jinżamm issa jinsabu f’battalja legali ġdida.
Connie Yates u Chris Gard iridu li t-tifel tagħhom, li għandu biss 11-il xahar, biex iqatta’ l-aħħar jiem ta’ ħajtu magħhom id-dar qabel imut.
Iżda t-tobba li qed jieħdu ħsiebu fl-isptar Great Ormond f’Londra qalu li mhix prattika li tipprovdi servizz tal-ogħla livell għal Charlie fir-residenza tal-koppja għal jiem sħaħ.
Il-kwistjonijiet jinkludu l-fatt li l-ventilatur ma jgħaddix mill-bieb tad-dar u għalekk l-aħjar għażla tkun li Charlie jqatta’ l-aħħar jiem ta’ ħajtu f’ospizju, dar li tieħu ħsieb persuni morda.
Il-Maġistrat analizza l-argument wara s-smiegħ tal-każ ilbieraħ u qal li jekk ma jintlaħaqx qbil se jkun qed jieħu deċiżjoni hu llum.
Sostna li wara li sema’ l-evidenza, iċ-ċans li l-ġenituri ta’ Charlie jingħataw dak li qed jitolbu hu żgħir.